Saturday, December 21, 2024

5 snin ħabs għal Maċedonjan li ħebb għal żewġ impjegati b’pepper spray

Aqra wkoll

Goran Stojanovski, Maċedonjan, ingħata sentenza ta’ ħames snin priġunerija wara li nstab ħati li fl-2018 attakka żewġ impjegati li jaħdmu mal-pool ta’ lukana f’San Ġiljan b’pepper spray u li wettaq serqa fuqhom.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li s-serqa li Stojanovski li ġie mixli biha u li nstab ħati. Ingħad li l-każ imur lura għat-12 t’Awwissu tal-2018 fil-Corinthia Lido max-xatt ta’ San Ġorġ.

L-akkużat kien mixli li dakinhar seraq flus kontanti, żamm żewġ irġiel kontra r-rieda tagħhom u li weġġagħhom ħafif. Huwa instab ħati ukoll li kien qed iġorr u għamel użu minn pepper spray.

Mix-xhieda ħareġ li s-serqa seħħet waqt li ż-żewġ impjegati kienu qed jgħoddu l-flus biex jagħlqu, f’uffiċċju biswit il-Lido.

Il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima sabet lil Stojanovski ħati wkoll ta’ ffalsifikar ta’ dokumenti. L-akkużat iżda ma nstabx ħati minħabba nuqqas ta’ provi li f’Awwissu ta’ ħames snin ilu wettaq serqa oħra minn spiżerija f’Dawret il-Gżejjer, f’Buġibba.

Apparti l-piena ta’ ħabs, Stojanovski ġie mmultat €1,000 u ġie ordnat iħallas €4,600 fi spejjeż tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u James Grech.

Ekonomija

Sport