Monday, December 23, 2024

50 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 26 persuni

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li feġġew 50 każ ġdid u fiequ 26 persuna oħra. B’dan il-mod, it-total tal-każi attivi issa huwa 747.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu ukoll li bħalissa hemm 32 pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 u li ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet baqa’ 449 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma kienet rrapurtata l-ebda mewt kaġun tal-pandemija.

B’rabta mal-programm tat-tilqim, sal-bieraħ kienu ngħataw 806,726 doża tal-vaċċin li minnhom 2,955 huma booster dose.

Ekonomija

Sport