L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 50 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 12 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 369.
L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.
Bħalissa hemm 11-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom tlieta li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 888,337 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 58,540 kienu dożi tal-booster.