Wednesday, April 24, 2024

Se jiġi organizzat il-Malta International Darts Open

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts se tkun qed torganizza l-Malta International Darts Open, wieħed mill-avvenimenti l-aktar mistennija fil-kalendarju sportiv tagħha. Dan kollu se jseħħ bejn id-9 u l-11 ta’ Novembru fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.

Diversi plejers lokali u internazzjonali se jkunu qed jieħdu sehem f’dan it-turnament prestiġġjuż li qed jerġa’ jirritorna wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fost l-oħrajn plejers mill-Belġju, l-Ingilterra, l-Italja, l-Olanda, l-Iskozja u l-Ungerija kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom għal dan l-avveniment.

B’kollox se jkun hemm ħames kategoriji fosthom is-Singles u d-Doubles tal-Irġiel u n-nisa kif ukoll il-kategorija tal-plejers b’diżabbilta’. Hekk kif il-logħob se jibda mill-ħamsa ta’ waranofsinhar ‘il quddiem, bejn it-Tlieta u l-Erbgħa se jkun hemm l-ewwel fażi ta’ logħob sabiex il-Ħamis jintlagħbu l-finali l-iktar importanti ta’ din il-kompetizzjoni.

It-Tlieta li ġej se jkun hemm ukoll logħbiet ta’ eżibizzjoni fejn il-plejer famuż Ingliż Chris Dobey se jkun qed jaffaċċja lill-plejers Maltin Norbert Attard u Albert Scerri.

Sport