Monday, April 29, 2024

500 persuna jsiefru b’arma tan-nar barra mill-UE fl-2023

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet kien hemm 500 persuna li sifru b’arma tan-nar u dawk kollha marru f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li hu jinsab informat li d-destinazzjoni ta’ dawn il-persuni kienet kollha barra mill-Unjoni Ewropeja. Persuni li jsiefru bl-armi fi Stati tal-Unjoni Ewropeja, jagħmlu dan bl-użu tal-EU Firearms Pass. Hu kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Joe Giglio.

Fil-Parlament il-Ministru Camilleri qal li fl-2021 kien hemm 62 persuna li applikaw mal-pulizija biex isiefru u jieħdu magħhom arma tan-nar filwaqt li fl-2022 kien hemm 237 persuna.

Hu mifhum li ħafna minn dawk li japplikaw biex isiefru b’arma tan-nar imorru f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea fejn it-turiżmu għal kaċċa qiegħed dejjem jiżdied.

Fil-fatt f’Malta jiġu organizzati diversi ġiti għal dawn il-pajjiżi bit-tama li l-kaċċaturi Maltin u Għawdxin ikun jistgħu jmorru jipprattikaw id-delizzju tagħhom hemm.

Sport