Fl-aġġornament ta’ kuljum, il-paġna Saħħa ħabbret li matul l-aħħar 24 siegħa nstabu 51 każ ġdid ta’ COVID-19, filwaqt li kienu ddikjarati mfejqa 12-il persuna.
Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 15-il ruħ, tlieta minn dawn jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ ingħataw aktar minn 70,000 booster biex issa t-total ta’ vaċċinazzjonijiet tela’ għal 903,363.