Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 523 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 98 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 3,719.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 736 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kien irrappurtat li mietet persuna waqt li kienet pożittiva għall-virus.