Saturday, May 18, 2024

Leeds United u Southampton f’taqtiegħa għal James McAtee u Romeo Lavia

Aqra wkoll

Leeds United u Southampton jinsabu f’taqtiegħa għall-firem tal-players ta’ Manchester City, James McAtee u Romeo Lavia.

Il-midfielder offensiv McAtee, ta’ 19-il sena, rebaħ l-unur tal-Premier League 2 Player tax-Xahar 2021-22 wara li gawda minn staġun ta’ suċċess mat-team ta’ taħt it-23 sena ta’ Manchester City, fejn irreġistra 18-il goal u seba’ assists fi 22 logħba tal-kampjonat.

Min-naħa l-oħra, il-midfielder difensiv ta’ 18-il sena Lavia, għamel 27 dehra taż-żgħażagħ fil-kompetizzjonijiet kollha l-istaġun li għadda u, bħal McAtee, huwa rispettat u ammirat ħafna mill-manager Spanjol tat-team tal-kbar ta’ Man City, Pep Guardiola.

Sport