Il-Malta Blackball Pool Federation bdiet uffiċjalment il-kompetizzjonijiet tal-Milied fejn qed jintlagħbu n-National, Regional u Community Christmas Trophies.
Il-ġimgħa l-oħra ntlagħbu l-ewwel legs tal-kwarti tal-finali tan-National Christmas Trophy. Ħamrun 147 B għelbu lil Mrieħel Billiard House A 12-8, Qormi Pinto A rebħu 15-5 kontra Selmun Knights, filwaqt li Birkirkara Youngsters għelbu lil Ħamrun 147 A 11-9. Cospicua Rangers A kisbu rebħa kbira ta’ 16-4 kontra Żebbuġ St Joseph A (De Rohan).
Fil-Community Christmas Trophy, Żebbuġ St Joseph B (City) għaddew mir-rawnd preliminari wara rebħa ta’ 21-14 kontra Żebbuġ St Joseph E (Tal-Ajkla).
Ilbieraħ intlagħbu l-ewwel legs tar-rawnd tal-aħħar 16, bi Fgura Plan B Bar u Siġġiewi Montekristo B jirbħu 15-5 kontra San Ġwann Boċċi u Mrieħel Billiard House B rispettivament.
Ħamrun 147 D għelbu lil Attard Scorpions 14-6, Qormi San Bastjan Boċċi rebħu 13-7 kontra Selmun Zebras, filwaqt li Ħamrun 1889 Bar għelbu lil Siġġiewi Montekristo C 12-8.
Żebbuġ St Joseph C (United) rebħu 11-9 kontra Qawra Images Pub, filwaqt li Żurrieq FC u Żebbuġ St Joseph D (Ta’ Kulajru), kif ukoll PN Mġarr Tornados u Żebbuġ St Joseph B (City), temmew fi draw ta’ 10-10.
Il-konfronti jintlagħbu fuq format tal-aħjar minn 40 frame.




