Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Hockey: Floriana jiksbu post fil-finali taċ-Challenge Cup

Hockey: Floriana jiksbu post fil-finali taċ-Challenge Cup

0
28

Floriana Young Stars kisbu post fil-finali taċ-Challenge Cup tal-Hockey wara li għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 3-2.

Kif jixhed l-iskor, kienet logħba ferm emozzjonanti bil-Furjaniżi li ħarġu mill-kumpless tal-Hockey f’Kordin bid-daħka fuq wiċċhom. Deemer Rapinett kien protagonista meta skorja doppjetta filwaqt li Karl Chircop żied ieħor minn penalty stroke.

Stefano Schembri u Alessandro Piscopo skorjaw il-gowls ta’ Żurrieq.

F’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni, Qormi Daikin għelbu lil White Hart 10-1.

Wyatt Magri u Steve Tanti skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Juan Sarcia, Tommy Kok, Liam Carabott, Luca Fsadni, Luke Bajada u Nathan Pace Gasan komplew jiskorjaw għall-Qriema.

Oscar Toledano skorja għal White Hart.

Il-finali taċ-Challenge Cup bejn Qormi u Floriana se ssir nhar il-Ħadd li ġej fl-10am.

Fil-Hockey 7s, Marsascala għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 3-2.

Alessandro Piscopo skorja doppjetta għal Marsascala filwaqt li Cayleb Caruana żied ieħor għat-tim tiegħu.

Jayden Cutajar skorja doppjetta għal Żurrieq.

Finalment, fil-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Marsascala dawru telfa f’rebħa hekk kif għelbu lil Qormi 4-3.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here