Lawrence Bugeja maħtur Segretarju tat-Taqsima Saħħa fi ħdan il-GWU

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) tinforma lill-imsieħba tagħha li, wara li għalqu n-nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Segretarju tat-Taqsima Saħħa, daħlet nominazzjoni waħda biss, dik ta’ Lawrence Bugeja, li fil-preżent qed iservi bħala Assistent Segretarju.

It-Taqsima Saħħa hija taqsima ġdida fi ħdan il-GWU, li qabel kienet tagħmel parti mit-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa. Matul dan il-perjodu, Lawrence Bugeja serva bħala Assistent Segretarju fi ħdan din l-istess taqsima u ħadem mill-qrib mar-rappreżentanza tal-ħaddiema fis-settur.

It-Taqsima Saħħa se tkun qed tkopri firxa wiesgħa ta’ professjonijiet u impjiegi fis-settur tas-saħħa f’Malta, b’impenn kontinwu favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u servizzi ta’ kwalità.

Il-GWU awgurat lil Lawrence kull suċċess f’din il-ħidma ġdida u esprimiet fiduċja li, bl-esperjenza u l-impenn tiegħu, se jkompli jsaħħaħ ir-rappreżentanza tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport