Sunday, May 5, 2024

Darts: Għada jibda l-kampjonat tas-sajf 6-a-side

Aqra wkoll

Għal sena oħra se jerġa’ jsir l-kampjonat tas-sajf 6-a-side organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts. B’kollox se jieħdu sehem għaxar timijiet li se jkunu maqsuma f’żewġ gruppi differenti ta’ ħames timijiet-il wieħed.

It-timijiet ta’ grupp A huma Ħamrun Bayern, Floriana Ajax, Żebbuġ Rangers, Top Gun Bar u Banda Birżebbuġa 1990 filwaqt li fi grupp B insibu lil PO’s Bar, St Paul’s Diamonds, Duke’s Bar, Manchester Conquest u Sliema Inter DC.

Il-logħob jibda għada l-Ħamis u jibqa’ sejjer sal-25 t’Awwissu li ġej u se jintlagħab fuq żewġ rawnds fuq bażi ta’ home u away.

L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għas-semifinali sabiex eventwalment tintlagħab il-finali fix-xahar ta’ Settembru.

Sport