Monday, December 23, 2024

56 każ ġdid ta’ Covid u jfiqu 65; imutu żewġt anzjani

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 56 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 65 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 714.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 35 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Bejn is-Sibt u l-Ħadd miet anzjan ta’ 76 sena u anzjana ta’ 86 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus. B’hekk it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija issa huma 604.

Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 1,241,680 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 342,571 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport