Saturday, December 28, 2024

58% tal-Maltin xtraw onlajn fl-2019

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet kienu 58% tal-poplu li xtraw minn fuq l-internet, 2% inqas mill-medja tal-UE li kienet ta’ 60%. Ċifri maħruġin mill-Eurostat juru li d-Daniżi kienu l-iktar li xtraw onlajn b’84% segwiti mill-Iżvediżi bi 82% u l-Olandiżi b’81%.

Il-Bulgari kienu l-inqas li xtraw minn fuq l-internet bi 22% segwiti mir-Rumeni u t-Taljani bi 23% u 38% rispettivament. Fuq medda ta’ 10 snin, bejn l-2009 u l-2019, kienet l-Estonja li rat l-ikbar żieda fix-xiri onlajn minn 17% għal 68%.

L-istatistika turi li fl-istess sena kienu 61% tal-irġiel u 59% tan-nisa li irrikorrew għall-internet biex jixtru.

Minkejja dan fl-aħħar 10 snin iż-żieda kienet ikbar fin-nisa peress li fl-2009 kienu 29% tan-nisa u 35% tal-irġiel li xtraw onlajn.

Ekonomija

Sport