Monday, April 29, 2024

Nirien ġewwa garaxx f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Żewġt irġiel kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li ġarbu ġrieħi kawża ta’ nirien f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-3:45 p.m fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm xi nirien ġewwa garaxx fi Triq iż-Żingla.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġt irġiel, wieħed ta’ 27 sena residenti Marsaskala u l-ieħor ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar, sofrew xi ġrieħi kkawżati minn ħruq li beda minn dgħajsa li kienet fl-imsemmi garaxx.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel ta’ 20 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport