Saturday, November 16, 2024

60% tal-priġunieri għandhom impjieg

Aqra wkoll

Kważi 60% tal-priġunieri kollha li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għandhom impjieg, jew fil-ħabs stess jew inkella fuq barra fil-komunità.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio.

Il-Ministru Camilleri qal li jinsab informat li 371 priġunier li għandhom xogħol fil-ħabs. Ix-xogħlijiet li jagħmlu dawn il-priġunieri jvarja. Il-priġunieri jaħdmu fl-IT, fid-dipartiment tal-edukazzjoni, fl-uffiċċju tar-rekords, fil-kċina, maintenance, laundry, electricians, fitters, maxtrudaxxi, fit-tuck shop, fil-forn tal-ħabs, fil-canteen, fil-gym, bħala cleaners (li jinkludi wkoll car wash), fil-kappella u anke fil-ġebel. 

“Infurmat li dawn jingħataw allowance ta’ €10 kuljum u għalhekk li jvarja bejn €217 fix-xahar u €300 fix-xahar. Infurmat li dawk jaħdmu fid-diviżjoni tagħhom stess jingħataw allowance ta’ €20. Hemm ukoll proġett ma’ kumpanija privata tal-artificial intelligence fejn jingħataw allowance bir-rata ta’ €75 fix-xahar għal 4 jew 6 sigħat fil-ġimgħa,” tenna l-Ministru Camilleri.

F’rendikont li ta l-Ministru qal li hemm żewġ priġuneri li jaħdmu Community Work u jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta’ €200 fix-xahar. Hemm 4 priġunieri fuq pre-release work (Jobsplus scheme – jitħallsu 80% tal-minimum wage) u jaħdmu 8 sigħat kuljum.

5 priġunieri li jaħdmu f’xogħol estern ma’ kumpaniji għal 8 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta’ €300 fix-xahar. 2 priġunieri apprenticeship li jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw stipendju mill-MCAST/UOM u 2 priġunieri li qegħdin jattendu ITS Course bl-istipendju mogħti mill-ITS.

Ekonomija

Sport