Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 614-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 549 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 7,845.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 752 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-virus.