Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna minn fost 2,142 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 63 każ ġdid ta’ covid-19.
Fuq nota pożittiva kien hemm 11-il persuna li ġew konfermati mfejqa.
Fl-informazzjoni maħruġa, l-awtoritajiet spjegaw li 10 minn fost il-każi l-ġodda huma relatati mal-cluster ta’ Paceville, sebgħa huma membri tal-familja ta’ każi rappurtati qabel, disgħa kienu f’kuntatt dirett ma’ każi attivi, sitta kollegi ta’ każi ta’ qabel u erbgħa huma każi impurtati.