Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 659 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 420.
Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 8,592.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huwa 656 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu erba’ persuni oħra waqt li kienu pożittivi bil-virus.
Minkejja li l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.