Thursday, July 25, 2024

66 persuna nstabu jgħixu b’mod irregolari f’pajjiżna

Aqra wkoll

Tissokta l-ħidma tal-Pulizija fil-qalba tal-komunitajiet, għaż-żamma tal-ordni pubblika, f’lokalitajiet siguri.

Segwitu t’iżjed investigazzjonijiet, il-Pulizija mexxiet spezzjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni irregolari u dan wassal biex fl-aħħar jiem kienu arrestati 66 persuna li nstabu jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiż.

F’ħidma li saret fi Gwardamanġa, Santa Venera, il-Ħamrun u Ħ’Attard, instabu 21 persuna. Dan filwaqt li saru spezzjonijiet oħra fil-Marsa u Ħal Qormi u hawn instabu 23 immigrant irregolari.

Ukoll, wara jiem ta’ sorveljanza, matul il-lejl li għadda saru numru ta’ arresti fil-Marsa, prinċiparjament b’rabta wkoll ma’ abbuż mis-sistemi tal-immigrazzjoni. Hawnhekk ġew arrestati 22 persuna oħra.

In-nazzjonalitajiet tal-immigranti irregolari huma mis-Sirja, b’oħrajn minn pajjiżi Afrikani. Dawn il-persuni qed jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni u qed jitmexxa l-proċess ta’ ritorn tagħhom. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan ir-rigward jibqgħu għaddejjin.

Din il-ħidma qed tkun immexxija minn branki differenti tal-Korp tal-Pulizija, bl-assistenza tal- uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni.

Ekonomija

Sport