Wednesday, July 24, 2024

Zlatan Ibrahimovic ikompli jġib ix-xorti lil AC Milan

Aqra wkoll

Ħafna qed isemmu kemm l-eks attakkant internazzjonali Żvediż Zlatan Ibrahimovic qed iġib xorti kbira lil AC Milan hekk kif meta ngħaqad magħhom bħala diriġent, it-tim qed jikseb riżultati ferm tajbin. Huma ġejjin minn sitt rebħiet konsekuttivi fil-kompetizzjonijiet kollha li ħadu sehem fihom u jinsabu fit-tieni post tas-serie A Taljana.

Minkejja li m’għadux jilgħab, Ibrahimovic għadu jagħti dik il-grinta li tant hu magħruf għaliha lill-plejers Milanisti u dawn qed jirrispondu bl-aqwa mod possibbli.

Bħalissa Ibra, kif inhu magħruf, qed jokkupa r-rwol ta’ Senior Advisor fi ħdan RedBird u Gerry Cardinale.

Ekonomija

Sport