Monday, December 9, 2024

73% tal-Maltin jgħixu fi djar kbar għalihom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sebgħa minn kull 10 tal-Maltin u l-Għawdxin jgħixu fi djar meqjusin kbar meta ikkunsidrat in-numru ta’ persuni li joqgħodu fihom.

Dan joħroġ mill-aħħar statistika tal-UE għall-2019 li fiha jiġu ikkunsidrati hemmx biżżejjed kmamar għan-numru ta’ residenti.L-istħarriġ sab li f’pajjiżna 73% tal-popolazzjoni Maltija kienet qed tgħix f’residenzi akbar milli meħtieġ segwita minn Ċipru b’71% u l-Irlanda b’70%.

Ir-Rumanija kellha l-ogħla rata ta’ nies jgħixu fi djar iffullati b’46% segwita mil-Latvja bi 42% u l-Bulgarija b’41%. F’Malta kienu biss 3.2% id-djar li fihom kien hemm jgħixu wisq nies għad-daqs tagħhom, it-tieni l-inqas rata wara Ċipru bi 2.2%.

Ekonomija

Sport