Wednesday, July 24, 2024

74 immigrant ma jitħallewx jiddaħħlu Lampedusa

Aqra wkoll

Erbgħa u sebgħin immigrant jinsabu maqbudin abbord bastiment tas-sajd ’il barra mill-kosta ta’ Lampedusa, wara li l-awtoritajiet Taljani qed jisħqu li l-portijiet jinsabu magħluqin bħala prevenzjoni kontra l-pandemija tal-coronavirus.

Il-grupp ta’ immigranti ġew salvati lbieraħ f’operazzjoni kkordinata miċ-ċentru ta’ salvataġġ ta’ Malta.

Minkejja li l-bastiment bl-immigranti salvati jinsab biss ftit mili ’l barra minn Lampedusa, li hija l-eqreb port sigur, l-Italja s’issa baqa’ jirrifjuta li jagħti permess lill-bastiment biex idaħħal l-immigranti u jniżżilhom l-art.

Intant l-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA qalet li minn mara fid-disa’ xahar tat-tqala tagħha u żewġha ġew evakwati minn fuq il-bastiment tas-sajd u kienu trasferiti għall-gżira ta’ Pelagie, fejn eventwalment ittieħdet l-isptar.

Ekonomija

Sport