Simonds Farsons Cisk plc nediet l-aħħar żieda mal-għażla tagħha ta’ 7UP: 7UP Pink Lemonade Zero Sugar.
Din ix-xarba l-ġdida għandha t-togħma rifreskanti ta’ 7UP Lemon and Lime u aktar togħma ta’ raspberry. Se tkompli żżid mal-gost u l-lewn roża fil-Festival tal-Birra ta’ Farsons ta’ din is-sena, li se jsir fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali mit-23 ta’ Lulju sal-1 ta’ Awwissu.
Is-Sur Karl Bondin, Head of Marketing, qal li: “Din il-kampanja, aktar minn sempliċi togħma hija dwar is-sensazzjoni friska, fiżika u emozzjonali, u dwar l-enerġija pożittiva. Tistieden lil kulħadd iduq is-7UP® b’differenza, b’mod aktar vibranti u divertenti. Ir-roża mhuwiex biss kulur, miegħu jġib il-frisk.”
L-għażla tal-prodotti 7UP tinkludi 7UP, 7UP Zero u issa wkoll 7UP Pink Lemonade Zero Sugar, li tiġi fi fliexken ta’ 50ċl u ta’ 1.5 litru fil-ħwienet kollha madwar il-pajjiż.




