Monday, July 13, 2026
Home Sport Saliou Thioune jirritorna ma’ Hamrun Spartans

Saliou Thioune jirritorna ma’ Hamrun Spartans

0
2

Hamrun Spartans ħabbru r-ritorn ta’ Saliou Thioune mal-klabb.

Saliou jirritorna lejn Hamrun wara perjodu preċedenti mal-iSpartans fejn kien ħalla l-klabb f’Jannar li għadda meta ddeċieda li jkompli l-karriera tiegħu fil-Belarus ma’ ML Vitebsk u kellu wkoll perjodu ma’ Naftan.

Huwa jġib miegħu esperjenza, saħħa u kwalitajiet siewja f’nofs il-grawnd.

Il-familjarità tiegħu mal-klabb u l-għarfien tal-ambizzjonijiet tiegħu jagħmluh żieda importanti hekk kif Hamrun qed ikomplu nsaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Notevoli huwa l-fatt li Thioune kien skorja fiż-żewġ legs hekk kif Hamrun Spartans kienu għelbu lit-tim Latvjan RFS Riga biex rebħu l-konfront decisiv tal-Play Off fuq żewġ legs matul Awwissu tas-sena li għaddiet biex b’hekk saru l-ewwel tim Malti li lagħab f’League Phase ta’ kompetizzjoni tal-klabbs tal-UEFA, li kellha tkun dik tal-UEFA Conference League.

.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here