Saturday, December 21, 2024

85% tan-nies jgħidu li l-vouchers għenuhom u lill-ekonomija tal-pajjiż

Aqra wkoll

95.7% iridu jerġgħu jaraw il-vouchers; 54% jaħsbu li l-aħjar żmien biex jerġgħu jużawhom huwa żmien il-Milied

Minn Maria Azzopardi

85.2% tan-nies saħqu li l-vouchers mogħtija mill-gvern bħala parti mir-riġenerazzjoni, għenu kemm lilhom personali kif ukoll lill-ekonomija. 56.9% minn dawn il-85.2% saħqu li kienu utli ħafna. 

Dan ħareġ minn stħarriġ li sar minn Dr Vince Marmara li jikkonferma kemm l-iskema tal-vouchers kienet ta’ għajnuna kbira anke biex in-nies ikollhom iktar fiduċja biex joħorġu iżjed. Fil-fatt 54.9% tan-nies wieġbu li bis-saħħa ta’ inizjattiva bħal din ħassewhom aktar komdi u ħeġġewhom biex joħorġu u jonfqu l-flus.

L-istħarriġ juri li 95.7% tan-nies jixtiequ jerġgħu jaraw il-vouchers. Mistoqsija meta jaħsbu li huwa l-aħjar żmien biex jerġgħu jużaw il-vouchers, il-maġġoranza (54%)  wieġbu li l-aħjar perjodu huwa fi żmien il-Milied.

Mistoqsija jekk jerġa’ jkun hawn is-sistema ta’ vouchers kif jixtiequ jużawhom, il-maġġoranza tan-nies  (32.5%) qalu li kieku dan jagħmluh fi kwalunkwe tip ta’ xiri, filwaqt li 25.4% wieġbu f’ristoranti, akkomodazzjoni jew retail u servizzi.

82.8% wieġbu li kienu komdi kif waslu l-vouchers għandhom u ma jbiddlu xejn fil-proċess ta’ kif waslu.

Waqt business breakfast, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri qal li sal-bieraħ ġew utlizzati 81.2% tal-vouchers u l-iktar ġurnata li fiha ntużaw l-aktar vouchers kienet id-9 ta’ Awwissu.

Ekonomija

Sport