Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 1,337.
Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 86 każ ġdid filwaqt li 62 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.
Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 baqa’ bħal dak tal-bieraħ, li jfisser li hemm 22 pazjent bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kolllox ingħataw 977,631 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 137,747 lii huma dożi tal-booster.