Saturday, December 21, 2024

88 każ ġdid u jirkupraw 59 pazjent

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 1,364.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 88 każ ġdid filwaqt li 59 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 22, bi tlieta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kolllox ingħataw 984,895 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 146,861 lii huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport