Monday, November 4, 2024

882 persuna jmutu minħabba l-Covid-19 f’Malta

Aqra wkoll

Mill-bidu tal-pandemija Covid-19 f’Malta ġew irraportati 882 persuna li mietu kawża ta’ dan. Dan in-numru jgħodd minn meta tħabbar li f’Malta kien instab l-ewwel każ tal-Covid-19 sal-20 ta’ Frar li għadda.

Dan ħabbru fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela wara li ġie mistoqsi mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea biex jagħti l-aħħar figuri dwar kemm mietu nies minħabba dan il-vajrus.

Il-Ministru Abela qal ukoll li f’Malta mill-bidu tal-pandemija sal-20 ta’ Frar li għadda ġew irraportati 121,392 każ ta’ persuni li kienu pożittivi għal dan il-vajrus.

Sport