Monday, May 13, 2024

Aktar temp instabbli għal tmiem Frar

Aqra wkoll

Wara li tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq il-gżejjer Maltin kellna pressjoni baxxa li kkawżat ammont tajjeb ta’ xita, jidher li min għada l-Erbgħa filgħaxija se tidħol pressjoni oħra baxxa.

Gordon Grech mis-sit l-Aġġornament tat-Temp jikteb li pressjoni baxxa fuq Tuneż se tersaq lejn il-Mediterran minn għada l-Erbgħa filgħaxija.

Direzzjoni tagħha din id-darba mhix diretta għal fuqna kif kienet ta’ nhar is-Sibt filgħaxija. Dan minħabba li pressjoni għolja qiegħda timbotta l-maltemp għal fuq Sqallija u fl-istess ħin tiġbed il-Mmaltemp aktar ‘l isfel miċ-Ċentru tal-Mediterra.

Grech ikompli jikteb li xi xita se terġa’ tmisna żgur minn nhar il-Ħamis sa sbieħ is-Sibt li ġej.

Sport