Thursday, November 26, 2026
Home Sport Snooker – Crucible Cup: Tony Drago jitlef il-finali kontra l-Indjan Pankaj Advani

Snooker – Crucible Cup: Tony Drago jitlef il-finali kontra l-Indjan Pankaj Advani

0
27

Il-player Malti tas-snooker, Tony Drago, tilef il-finali tal-Crucible Cup, meta safa megħlub mill-Indjan Pankaj Advani.

Advani, li kien elimina lil Neil Robertson, kompla juri l-forma impressjonanti tiegħu u kkontrolla l-finali mill-bidu sal-aħħar. 

Drago, li kien għamel mixja impressjonanti fit-tournament, wasal sal-finali wara li fis-semi-finali għeleb lil Ronnie O’Sullivan 5-3. 

Madankollu, Advani kien wisq b’saħħtu għalih u rebaħ is-sitt frames kollha biex kiseb it-trofew u l-premju ta’ £25,000.

It-tournament intlagħab fil-format Snooker 900, fejn kull frame għandu limitu ta’ 15-il minuta, u dan jagħmel il-logħob aktar mgħaġġel u intens.

Ir-rebħa ta’ Advani tfisser li l-edizzjoni li jmiss tal-Crucible Cup se ssir l-Indja hekk kif l-organizzaturi iddeċidew li minn jirbaħ il-finali jospita l-edizzjoni ta’ wara.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here