Thursday, November 26, 2026
Home Sport Yuri de Jesus Messias jingħaqad ma’ Gzira United

Yuri de Jesus Messias jingħaqad ma’ Gzira United

0
30
Ritratt: Facebook - Gzira United FC

Wara li ħalla lil Birżebbuġa St Peter’s fil-jiem li għaddew, il-club tal-Malta Premier League, Gzira United, ħabbar li akkwista s-serivizzi tal-attakkant Brażiljan, Yuri de Jesus Messias.

Għaldaqstant, il-player ta’ 35 sena se jerġa’ jingħaqad mal-Maroons wara li lagħab magħhom fl-istaġun 2021/22 b’total ta’ 16-il partita fil-kampjonat li fihom skorja 6 goals. 

Magħhom, huwa ddebutta nhar it-18 ta’ Settembru, 2021, fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Valletta. F’din il-partita huwa daħal bħala sostitut fil-post ta’ Maxuell da Silva Maia, fis-67 minuta. 

B’kollox huwa lagħab 1,341 minuti u ntwera tliet darbiet il-karta safra. Mis-16-il partita, ir-rekord personali kien ta’ 8 rebħiet, 4 draws u 4 telfiet. B’kollox huwa lagħab 11-il partita sħaħ, erba’ darbiet ġie ssostitwit u darba ġie utilizzat bħala sostitut.

F’dak l-istaġun huwa lagħab ukoll partita waħda fl-FA Trophy … dik ta’ nhar it-18 ta’ April, 2022, meta l-Maroons sfaw eliminati fil-kwarti-finali kontra Sta Lucia bl-iskor ta’ 1-0, wara l-ħin barrani.  

Messias nġieb fil-Kampjonat Malti minn Mosta fl-2013/14 .. u lagħab ma’ diversi clubs fosthom Msida St Joseph (2014/15), Naxxar Lions (2016-2018), Nadur Youngsters (2018/19), Valletta (2019/20 u 2025/26), Gudja United (2020/21), Marsaxlokk (2023-2025) u Birżebbuġa St Peter’s (2026-27) li magħhom f’dan l-istaġun lagħab 12-il partita u skorja goal wieħed.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here