Thursday, November 26, 2026
Home Sport Referee jinbidel fil-mistrieħ wara allegazzjonijiet li kien fis-sakra

Referee jinbidel fil-mistrieħ wara allegazzjonijiet li kien fis-sakra

0
30

Kontroversja mhux tas-soltu faqqgħet waqt il-partita tal-AFC Champions League Two bejn Al Jazira tal-Emirati Għarab Magħquda u Gol Gohar tal-Iran, meta r-referee Sirjan Hanna Hattab inbidel fil-mistrieħ minħabba allegazzjonijiet li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Il-prestazzjoni tiegħu fl-ewwel taqsima qajmet tħassib wara diversi deċiżjonijiet dubjużi. L-aktar inċident stramb seħħ fit-32 minuta, meta deher jagħti karta safra lill-goalkeeper ta’ Al Jazira, Ersin Destanoglu, wara foul li kien involva players oħra f’nofs il-ground.

Id-deċiżjoni ħolqot konfużjoni u eventwalment ġiet revokata wara konsultazzjoni mar-raba’ uffiċjal.

Il-coach ta’ Gol Gohar, Mehdi Rahmati, allegatament akkuża lir-referee li kien fis-sakra, filwaqt li l-club talab lill-AFC biex jinbidel. Hattab tneħħa u r-raba’ uffiċjal ħa postu fit-tieni taqsima.

Al Jazira rebħu 1-0 b’goal ta’ Anderson Talisca, iżda l-allegazzjonijiet dwar l-alkoħol baqgħu mhux ikkonfermati uffiċjalment.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here