Thursday, November 26, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Donyell Malen isalva r-riżultat għal Roma permezz ta’ penalty

UEFA Champions League: Donyell Malen isalva r-riżultat għal Roma permezz ta’ penalty

0
28

Roma temmew il-bidu perfett ta’ Paris Saint-Germain filUEFA Champions League meta kisbu draw ta’ 2-2 fil-Parc des Princes, b’Donyell Malen jikkonverti penalty tard biex salva punt importanti għat-team Taljan.

Roma fetħu l-iskor fil-ħames minuta permezz ta’ Mario Hermoso, li kkonkluda minn distanza qasira wara pass lura ta’ Matias Soule. PSG wieġbu b’ħafna pussess iżda sabu diffikultà biex jinfdu d-difiża organizzata tal-avversarji.

Iżda fil-31 minuta, il-Pariġini kisbu d-draw meta Illia Zabarnyi daħal tajjeb għal corner ta’ Senny Mayulu u bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-62 minuta, PSG marru fil-vantaġġ wara li Achraf Hakimi twaqqa’ fil-kaxxa u Ousmane Dembele kkonverta l-penalty.

Madankollu, fit-78 minuta, Roma ngħataw penalty wara handball ta’ Vitinha. Mill-11-il metru Malen ma żbaljax biex salva r-riżultat għat-team tiegħu.

Iż-żewġ timijiet ippruvaw ifittxu goal tar-rebħa fl-aħħar minuti, iżda Roma żammew sod biex kisbu draw meritat u temmew is-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ PSG f’din il-kompetizzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here