Friday, December 27, 2024

9 minn kull 10 Ukreni m’għandhomx flus biex jixtru l-affarijiet bażiċi ta’ kuljum

Aqra wkoll

Rapport mill-Għaqda Internazzjonali tal-Karità Depaul li titkellem ħafna dwar il-faqar li hawn fid-dinja qalet li 88% tal-poplu Ukren m’għandhomx flus biżżejjed biex jixtru affarijiet bażiċi ta’ kuljum.

Dan ifisser li 9 minn kull għaxar Ukreni mhux qiegħed ikollhom biex jixtru l-affarijiet l-aktar tal-bżonn bħal ikel.

Aktar minn hekk, 30% qalu li huma qegħdin jixxerjaw kamra flimkien ma’ familja oħra u 40% persuna oħra Ukrena qalu li ma jafux kemm se jdumu jgħixu fl-istess dar minħabba problema ta’ finanzi.

Fr Vitaliy Nova, Kap Eżekuttiv ta’ Depaul waqt li kien qiegħed jiġi intervista minn Vatican News li s-sitwazzjoni fl-Ukranja hija waħda allarmaneti ħafna. Sostna li hemm numru dejjem jiżdied ta’ persuni li qegħdin jispiċċaw fit-toroq minħabba li mhux jaffordjaw iżommu aktar id-djar tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv qal li l-maġġoranza ta’ dawk li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ sabu lilhom infushom f’din is-sitwazzjoni hekk kif bdiet il-gwerra.

Hemm sinjali ċari li l-maġġorganza kbira tal-Ukreni qegħdin jispiċċaw jibbażaw ħajjithom biss fuq il-karità u l-għajnuna li qiegħda tidħol fil-pajjiż mill-komunità internazzjonali.

Ekonomija

Sport