Tuesday, December 24, 2024

9 snin ilu minn fuq Malta kien għadda ċiklun tal-Mediterran

Aqra wkoll

Diversi siti tat-temp, fosthom is-sit Temp Madwarna dalgħodu kitbu dwar dak li seħħ 9 snin ilu, eżatt fis-7 ta’ Novembru tal-2014.

Dakinhar minn fuq il-gżejjer Maltin kien għadda ċiklun tal-Mediterran jew kif inhu magħruf bħala ‘tropic-like cyclone’. Is-sit it-Temp Madwarna spjega li “dan iċ-ċiklun f’forma ta’ uragan żgħir (#medigan), kellu pressjoni atmosferika ta’ 980hPa biss fl-eqqel punt tiegħu, li hi meqjusa baxxa ħafna. Fil-fatt iffurmat l-għajn (‘eye of the storm’), li tixpruna s-sistema dippressjonarja madwarha”.

Jiktbu li l-għajn kienet għaddiet eżatt minn fuq Malta u konsegwenza ta’ dan kien hemm rwiefen kbar bl-akbar buffura tkun qrib il-150 kilometru fis-siegħa, jew Forza 11, buffuri bix-xita qawwija u silġ, kif ukoll sajjetti u ragħad. Il-baħar kien ukoll imqalleb ferm b’burraxki li kinsu kulma sabu quddiemhom.

Ir-riħ qawwi ħalla ħerba u tqaċċtu diversi friegħi kbar u siġar. F’xi nħawi tkejlu qrib is-70mm ta’ xita fi ftit sigħat, li hu qrib il-medja għax-xahar kollu ta’ Novembru. Il-maltemp, speċjalment ir-riħ, baqa’ sejjer sal-għada b’veloċità kostanti ta’ Forza 9.

Is-sit ikompli jgħid li dawn iċ-ċikluni tal-Mediterran m’humiex daqstant komuni minħabba t-topografija tar-reġjun.

Ekonomija

Sport