Wednesday, July 24, 2024

9 snin u sitt xhur ħabs wara li daħħal f’Malta 6 kilogrammi kannabis

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena mill-Gambja kien ikkundannat disa’ snin u sitt xhur ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri li daħħal f’pajjiżna sitt kilogrammi kannabis.
Lamin Jobe kien tressaq il-Qorti mixli b’importazzjoni u pussess tad-droga li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Fil-Qorti, l-Ispettur Marshal Mallia kien spjega li fil-11 ta’ Ottubru 2022, għall-ħabta tal-4.30 p.m., huwa kien ġie infurmat minn uffiċjal tad-Dwana li kien twaqqaf raġel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mal-wasla tiegħu b’titjira minn Bologna.

Minn tfittxija li saret fil-bagalja tiegħu, instabet droga suspettata ‘cannabis grass’. L-Ispettur kien bagħat lill-uffiċjali tal-pulizija fl-ajruport fejn ġiet arrestata l-persuna u ttieħed għal aktar investigazzjonijiet. B’kollox irriżulta li nstabu mas-6 kilogrammi kannabis.

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ikkundannat lill-imputat disa’ snin u sitt xhur ħabs u multa ta’ €15,000.

Ekonomija

Sport