Wednesday, July 24, 2024

Politiku tal-lemin estrem Ġermaniż ħati li uża kliem nazisti

Aqra wkoll

Politiku prominenti tal-lemin estrem fil-Ġrmanja, ftit tal-jiem ilu instab ħati u mmultat somma flus waqt ġuri li xjentement uża kliem Nazisti f’diskors li għamel f’rally  tal-partit Alternattiva għall-Ġrmanja (AfD) fl-istat ta’ Thuringia.

Björn Höcke, li jmexxi l-partit tal-lemin estrem, AfD, kien qed jgħaddi ġuri talli qal il-kliem “Kollox għall-Ġrmanja!” f’rally ta’ Mejju tas-sena 2021. Dan is-slogan huwa assoċjat ma’ l-istormtroopers tal-SA, li kellhom sehem ewlieni fil-kisba tal-poter min-Nazi.

Höcke ta’ 52 sena – eks għalliem tal-istorja – ċaħad li kien jaf l-għeruq tal-frażi iżda l-Qorti fil-belt tal-Lvant ta’ Halle ikkundannatu li uża simboli ta’ organizzazzjoni Nazista u mmultatu €13,000. Skont Deutsche Welle News l-flus tal-multa se jmorru għal programm popolari kontra l-estremiżmu.

Bil-multa, Höcke evita is-sentenza massima ta’ tliet snin ħabs madankollu ġie imwaqqaf milli jokkupa xi kariga pubblika. Huwa jista’ jappella mill-verdett.

Waqt il-proċess, li beda x-xahar li għadda, Höcke kien argumenta li kien “kompletament innoċenti”. Il-prosekuturi iżda kkuntrarjawh u qalu li hu kien jaf li l-frażi kienet ipprojbita talli kienet assoċjata man-Nazi Sturmabteilung (SA). 

F’rally ieħor f’Diċembru 2023, huwa qal “Kollox għal…”, li għaliha l-udjenza wieġbet “Il-Ġrmanja!” Fl-2017 Höcke sejjaħ il-mafkar tal-Olokawst f’Berlin bħala “memorja tal-mistħija”.

Inizjalment il-prosekuturi kienu fittxew li jiġġudikawh għaż-żewġ inċidenti iżda l-qorti f’Halle ddeċidiet li tipproċessah biss għar-rally tal-2021. 

Höcke mexxa l-fergħa reġjonali tal-AfD fit- Thuringia sa minn meta twaqqaf il-partit fl-2013. Il-partit bħalissa qed fuq quddiem fl-istħarriġ għall-elezzjonijiet fl-istat li se jsiru aktar tard din is-sena.

Fl-avveniment tal-kampanja fl-istat ta’ Saxony-Anhalt f’Mejju 2021, Höcke temm diskorsu billi qal: “Kollox għal art twelidna, kollox għal Saxony-Anhalt, kollox għall-Ġrmanja!”

L-AfD ta’ Thuringia hija waħda mit-tliet fergħat taħt sorveljanza uffiċjali mill-aġenzija tal-intelliġenza domestika bħala grupp “ppruvat estremista tal-lemin”.

Is-sentenza ta’ Hocke waslet jum biss wara każ ieħor fil-qorti, li sab li l-aġenzija tal-intelliġenza domestika tal-Ġrmanja kienet iġġustifikata li tpoġġi lill-AfD taħt osservazzjoni għal suspett ta’ estremiżmu.

Ekonomija

Sport