Thursday, November 19, 2026
Home Internazzjonali Saċerdot ta’ 43 sena jinstab mejjet f’park f’Ruma – il-Pulizija tinvestiga

Saċerdot ta’ 43 sena jinstab mejjet f’park f’Ruma – il-Pulizija tinvestiga

0
51

Fr Nikita Kushnarev, saċerdot Kattoliku Russu ta’ 43 sena, instab mejjet fid-9 ta’ Novembru f’park fil-belt ta’ Ruma, fl-Italja.

Skont rapporti fil-midja Taljana, fosthom Il Foglio, is-saċerdot instab f’Parco della Resistenza, fiż-żona ta’ San Saba. L-awtoritajiet qed jinvestigaw il-possibbiltà li seta’ neħħa ħajtu, iżda għadhom ma waslux għal konklużjoni definittiva.

Fr Nikita, li kien ilu jgħix l-Italja madwar sentejn, kien ippubblika riflessjoni dwar il-fidi u d-diffikultajiet spiritwali ftit jiem qabel mewtu.

L-aħbar qanqlet messaġġi ta’ sogħba u appelli għat-talb, kemm għal Fr Nikita kif ukoll għal saċerdoti oħra li jistgħu jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here