L-Italja mistennija tintlaqat minn mewġa ta’ temp instabbli, b’riħ qawwi li f’ċerti żoni jista’ jilħaq veloċità ta’ bejn 80 u 90 kilometru fis-siegħa, kif ukoll mewġ għoli sa erba’ metri.
Skont is-sit meteoroloġiku Taljan iLMeteo.it, diversi sistemi ta’ pressjoni baxxa mill-Atlantiku mistennija jġibu magħhom xita qawwija u buffuri ta’ riħ, partikolarment fir-reġjuni tal-Ligurja, Toskana u ż-żoni tal-Baħar Tirren.
Ir-riħ mistenni jibdel id-direzzjoni tiegħu u jsir aktar qawwi mill-Punent u l-Majjistral, filwaqt li l-kundizzjonijiet instabbli jistgħu jippersistu sal-Ġimgħa 20 ta’ Novembru.




