Sunday, November 10, 2024

94 fil-mija tal-membri impjegati tal-LESA japprovaw ftehim kollettiv ġdid

Aqra wkoll

Aktar minn 94% tal-membri impjegati mal-LESA japprovaw il-ftehim kollettiv negozjat bejn General Workers’ Union GWU u l-aġenzija.

Is-Sezzjoni għall-Korpi Dixxiplinati, is-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU irringrazzjat lil dawk kollha involuti sabiex waslu għall-ftehim, fosthom lill-Ministru Byron Camilleri, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila, il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Svetlick Flores, diversi uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (fosthom Industrial Releations Unit), iżda fuq kollox iż-żewġ rappreżentanti Marius Bugeja u John Galea li kienu t’ appoġġ kontinwu għall-kollegi tagħhom tul il-proċess kollu ta’ negozjati.

Għada l-Ħamis 21 ta’ Lulju jsir l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv li se jkopri ħames snin (2021-2025).

Sport