Komplew l-iskoperti tal-makabrità tal-gwerra fl-Ukrajna hekk kif uffiċjali għolja f’Kyiv ikkonfermaw is-sejba ta’ aktar minn 900 katavru fil-viċinanzi.
L-uffiċjal Andriy Nebytov qal li l-vittmi nstabu abbandunati fit-toroq jew saħansitra midfunin temporanjament waqt l-attakki. Dawn iċ-ċittadini li sfaw maqtulin bl-aktar mod brutali nstabu wara li l-qawwiet Russi rtiraw mill-Belt Ukrena.
Nebytov żied jgħid li aktar katavri qed ikomplu jinstabu kuljum fosthom taħt it-tiġrif ta’ bini li jċedi waqt splużjonijiet, kif ukoll gruppi li jinstabu midfunin f’oqbra tal-massa.
Huwa stmat li 95 fil-mija ta’ dawn il-vittmi nqatlu b’tiri u skont l-istess uffiċjal taħt il-qawwiet Russi ħafna ċittadini spiċċaw maqtulin kiesaħ u biered fit-toroq stess.