Saturday, December 21, 2024

96 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed

Aqra wkoll

96 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

S’issa 646 persuna ġew immultati talli nqabdu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni fil-pubbliku. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Intant, stabbiliment tal-ikel f’Marsaxlokk ġie mmultat €3,000 wara li nqabad b’bank barra t-triq b’2 klijenti jieklu fuqu. Suppost l-istabbiliment jista’ jservi biss take-away jew delivery.

Ekonomija

Sport