Sunday, October 27, 2024

“99.9 fil-mija il-katavru misjub fil-bagoll hu zijuwi”

Aqra wkoll

Fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija mistennija tagħti aktar informazzjoni b’rabta ma’ dak li s’issa qiegħed jiġi trattat bħala omiċidju.

Waqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni fuq il-post waslu ukoll xi persuni li huma qraba ta’ Mario Farrugia. Ftit wara in-neputija ta’ Mario Farrugia, ikkummenta u qal li “99.9 fil-mija il-katavru misjub fil-bagoll hu zijuwi. Ħafna minnkom tafu b’dak li ġara kif sirna nafu aħna bħala familja.  Issir taf mill-midja soċjali għax f’dan il-pajjiż, il-morali u l-etika ma jeżistux.  Ħadd ma jixraqlu li jkollu tmiem traġiku bħal dan”, temmet tgħid Francesca.

Il-katavru nstab ilbieraħ wara rapport ta’ rwejjaħ qawwijin ġejjin minn vettura tal-għamla Peugeot 307 li kienet ipparkjata fil-Wied ta’ Ħal Qormi. Fost mistoqsijiet oħra bosta kienu dawk li staqsew imma dan kemm seta’ kien ilu mejjet biex kien f’dak l-istat ta’ dekompożizzjoni?

Din hi mistoqsija li l-investigaturi se jkunu qed jistennew informazzjoni dwarha u din trid tirriżulta mill-awtopsja li se tkun qed issir fuq il-katavru. Mill-istess awtopsja se jkun identifikat il-katavru, fejn minn hemm il-pulizija tkun tista’ tersaq aktar qrib bl-għan li tistabbilixxi il-motiv ta’ dan il-qtil.

Sport