L-attakkant internazzjonali Portugiż u ta’ Al-Nassr, Cristiano Ronaldo, ikkundannat għal 99 daqqa ta’ frosta talli għannaq mara mhux miżżewġa waqt li ħa ritratt magħha fl-Iran.
F’dak il-pajjiż raġel mhux permess li jmiss mara minħabba li dan l-att jitqies bħala adulteru u l-qorti ddeċidiet li jekk Ronaldo jerġa’ jirfes dik l-art huwa jirċievi dik il-piena.
Al-Nassr lagħbu fl-Iran kontra Persepolis u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 liema partita kienet valida miċ-Champions League tal-Asja.
Ġara li Ronaldo ltaqa’ ma’ pittriċi Iranjana li hija partitarja kbira tal-player Portugiż.
Fatima Hamami tatu diversi pitturi li penġiet tiegħu u bħala apprezzament ħa ritratti magħha u anke għannaqha.
Minħabba li hija tuża siġġu tar-roti, Ronaldo tbaxxa, poġġa idu l-leminija fuq driegħha u tbissem għar-ritratt.
Iżda skont il-midja Iranjana, diversi avukati Iranjani talbu biex lil Ronaldo toħroġlu akkuża ta’ adulteru wara li l-filmat iċċirkola fuq il-midja soċjali.
L-istess midja rrapportat li l-Qorti kkundannatu għal 99 daqqa bil-frosta jekk jerġa’ jidħol fl-Iran.