Sunday, December 22, 2024

Aaron Ciantar, champion tad-dinja għaIl-ħames darbiet tal-Powerboat ser itellaq fil-Kampjonati tal-Powerboat Voomquest Enemed V2

Aqra wkoll

Aaron Ciantar, champion tad-dinja għaIl-ħames darbiet tal-Powerboat ħabbar il-parteċipazzjoni tiegħu bħala wild card fil-GP3 li jmiss li se ssir f’Citta di Cervia, l-Italja bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru.

Din hija l-ewwel darba li l-fundatur tal-Kampjonati tad-Dinja Voomquest V2 se jkun qed jikkompeti f’Voomquest Grand Prix, wara li ngħataw dħul bħala wildcard. Ciantar ser jtellaq bl-isem ta’ Chaudron, u miegħu se jingħaqad Ryan Micallef.

Il-ħiliet ta’ Ciantar se jkunu mħarrġa sew għall-ewwel darba fil-kampjonati li żviluppa hu stess. Figura rispettata sew fiċ-ċirkwit tat-tlielaq internazzjonali, ir-reputazzjoni ta’ Ciantar bħala sewwieq tas-sengħa u bennej tad-dgħajjes ikkontribwixxa għall-aċċettazzjoni ta’ Voomquest mill-Union International Motonautique biex issir avveniment tal-Kampjonat tad-Dinja.

Jiddebuttaw ukoll fit-tielet Grand Prix tas-sena Warson Motors Racing Team. Misjuq minn Kevin Rey u Thierry Turuvani, it-tim se jkun qed jiġru taħt il-bandiera Żvizzera.

B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem sitt timijiet, u ftit li xejn hemm dubju li l-leaders attwali tal-Kampjonati El Diablo (Clive Butler / Sammy Grima) se jkunu  qed jissieltu biex iżommu l-ewwel post fil-Kampjonati. Minkejja dan, mistenni jsir dwel interessanti għall-punti tal-kampjonat bejniethom u Interceptor Remax (Sam Howes/Michael Xuereb). Id-dħul b’wildcard tax-Chaudron, mhux se jiġu allokati punti tal-kampjonat madankollu mistennija jipproduċu xi tlielaq spettakolari matul tmiem il-ġimgħa.

Din mhix l-ewwel darba li l-Kampjonati tad-Dinja tal-Voomquest seħħu ’il bogħod mill-ibħra Maltin. Fl-2018 it-timijiet tellqu  f’Chioggia u Ischia fl-Italja,  u fl-2019, tellqu f’Ragusa.

“Li mmorru lil hinn minn Malta biex ntellequ f’ibħra mhux familjari tagħmel il-Voomquest GP saħansitra aktar eċċitanti għat-timijiet tagħna. Minbarra li tipprovdi lit-timijiet tagħna l-opportunità li jtellqu f’ambjent differenti u‘l bogħod minn Malta, tgħinna wkoll fit-tentattivi tagħna biex nespandu l-Voomquest fuq livell internazzjonali. Ninsab u eċċitati ħafna li ser ntellqu mat-timijiet li naħdem mill-qrib magħhom.” Stqarr b’entużjażmu Aaron Ciantar, il-fundatur ta’ Voomquest. “Ikun tajjeb li nerġa’ lura għat-tlielaq, aktar milli nissorvelja l-proċeduri kif nagħmel normalment”.

It-tlielaq se jsiru bejn il Ġimgħa u l-Ħadd 4 ta’ Settembru. Aġġornamenti diretti se jingħataw fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Voomquest.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv fid-dinja UIM u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Chaudron Powerboats, u Virtu Ferries.

Timijiet Voomquest Enemed V2 World Championships GP3 – Cervia, Italia

Isem tat-tim: Chaudron

Numru tat-tim: 44

Sewwieq: Aaron Ciantar

Ko-sewwieq: Ryan Micallef

Isem tat-tim: El Diablo

Numru tat-tim: 88

Sewwieq: Clive Butler

Ko-sewwieq: Sammy Grima

Isem tat-tim: Marine Diffusion

Numru tat-tim: 55

Sewwieq: Jesmond Aquilina

Ko-sewwieq: Christian Galea

Isem tat-tim: Cutting Edge

Numru tat-tim: 77

Sewwieq: Stephen Bezzina

Ko-sewwieq: Michael Abela

Isem tat-tim: Interceptor Remax

Numru tat-tim: 19

Sewwieq: Sam Howes

Ko-sewwieq: Michael Xuereb

Isem tat-tim: Warson Motors

Numru tat-tim: 13

Sewwieq: Kevin Rey

Ko-sewwieq: Thierry Turuvani

Ekonomija

Sport