Il-midfielder ta’ Juventus Aaron Ramsey qed jiġi meqjus li jista’ jkun l-ewwel iffirmar ta’ Newcastle United minn mindu tlesta t-teħid tal-club appoġġjat mill-Arabja Sawdija.
United ġew marbuta ma’ firxa ta’ players qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, bil-manager il-ġdid Eddie Howe jingħad li ngħata mill-inqas £50 miljun biex jonfoq fuq players ġodda.
Ramsey, li qabel qatta’ 11-il staġun fil-Premier League ma’ Arsenal, huwa fost dawk li ġew imressqa bħala mira għal Newcastle.
Il-Magpies huma kunfidenti li javvanzaw bi ftehim għall-internazzjonali ta’ Wales fil-ħin għat-tieqa tat-tarsferimenti tax-xitwa.
Dan minkejja l-kompetizzjoni ta’ Everton, li jingħad li huma wkoll ammiraturi tal-player ta’ 30 sena.
Ramsey għamel biss tliet dehriet fis-Serie A dan l-istaġun minħabba kwistjonijiet persistenti ta’ injury li fixklu s-sentejn u nofs tiegħu fl-Italja.