Sunday, September 8, 2024

Aaron Wan-Bissaka mistenni jġedded ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Id-difensur lemini ta’ Manchester United Aaron Wan-Bissaka qed jimpressjona f’dawn l-aħħar jiem mill-bidu tal-kampjonat Ingliż u huwa għalhekk li Erik Ten Haag bħala kowċ għarraf lid-diriġenti tiegħu sabiex iġeddulu l-kuntratt. 

Hekk kif il-ftehim mar-Red Devils jagħlaq f’Ġunju 2024, l-għan issa hu li Bissaka jibqa’ iktar snin f’Old Trafford.

Bissaka s’issa lagħab 112-il logħba ma’ Manchester United kemm ilu li ngħaqad magħhom fl-2019 u skorja żewġ gowls. Hu kien jilgħab ukoll ma’ Crystal Palace.

Ekonomija

Sport