Tuesday, December 24, 2024

ABBONAW … Il-gazzetti tal-Union Print issa disponibbli f’verżjoni diġitali!

Aqra wkoll

Fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom u minkejja l-impatt ekonomiku li ħalla t-tixrid tal-virus COVID-19, il-kumpanija Union Print Co. Ltd għamlet investiment sostanzjali fil-pjattaformi diġitali, proprju biex tkun tista’ twassal l-informazzjoni liċ-ċittadini f’mument meta huma mitlubin biex joqogħdu d-dar. 

Mhux biss il-kumpanija tat dehra ġdida lill-pjattaforma diġitali ta’ inewsmalta, iżda ħolqot pjattaforma oħra li permezz tagħha l-gazzetti u s-supplimenti kollha ppubblikati minn din il-kumpanija jkunu disponibbli f’format diġitali. 

Dan ifisser li min jabbona għall-gazzetti tal-Union Print Co. Ltd minn fuq is-sit Subscribe.mt se jkun qed jibbenefika minn aċċess għall-gazzetti kollha mit-Tnejn sal-Ħadd u bi prezzijiet vantaġġjużi. Barra hekk, se jkollu wkoll aċċess għas-supplimenti kollha li jkunu ġew ippubblikati, kif ukoll għal paġni addizzjonali li se jkunu disponibbli biss għall-verżjoni diġitali. Dawn jinkludu artikli dwar stil ta’ ħajja, saħħa, sports u oħrajn. 

Min ikollu l-aċċess tal-gazzetti se jkollu wkoll il-faċilità li jfittex fl-arkivji diġitali li dejjem qed jiġi aġġornat b’aktar gazzetti milli diġà ġew ippubblikati. 

Fuq kollox, il-pjattaforma Subsribe.mt toffri diversi pakketti differenti, anke għal entitajiet u negozji li jitilgħu sa 30 liċenzja.

Għalhekk inħeġġukom biex tabbonaw ħalli żżommu ruħkom aġġornati, filwaqt li tkomplu tagħtu l-appoġġ tagħkom għall-ġurnaliżmu serju. 

Ekonomija

Sport