Sunday, May 5, 2024

Abela juri gratitudni għall-inizjattiva ta’ Neil Agius

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-għawwiem Neil Agius li l-Ġimgħa li għadda rnexxielu jgħum b’suċċess minn Sqallija għal Malta. Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru Abela esprima l-gratitudni tiegħu għall-inizjattiva li ħa Neil Agius biex ikompli jqajjem kuxjenza u għarfien għal baħar aktar nadif u biex il-pubbliku jsir aktar konxju mill-konsegwenzi tal-plastik li jintrema fil-baħar.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Agius spjega lill-Prim Ministru l-isfidi li ħabbat wiċċu magħhom tul l-għawma u esprima l-ħajr tiegħu għall-appoġġ li sab għall-inizjattiva Waveofchange kontra r-rimi tal-plastik fil-baħar.

Sport